25/07/2026
Matul dawn l-aħħar sentejn ilna nippjanaw, niddisinjaw u naħdmu bla waqfien fuq dik li bla dubju hija l-akbar bidla fl-istorja ta' PATAKKUS.
Wara 32 sena naqdu lill-komunità tagħna mill-ħanut ta' Ħal Tarxien li tant minnkom tafu sew, ħadna d-deċiżjoni diffiċli li nimxu għall-post ġdid, ftit metri biss 'il bogħod minn fejn ninsabu llum.
Din ma kinitx deċiżjoni faċli.
Għalija, dan il-post huwa ħafna aktar minn sempliċi ħanut. Ilni naħdem hawn mal-familja tiegħi minn meta kelli sitt snin. Hawnhekk kbirt, tgħallimt is-sengħa mingħand missieri, u bnejt memorji li se nibqa' ngħożż għal dejjem. Li tħalli dan kollu warajk qatt mhu faċli.
Imma kultant, biex tkompli timxi 'l quddiem, trid tħaddan il-bidla.
Din id-deċiżjoni ħadniha bil-ġid tal-familja u l-klijenti tagħna f'moħħna. Deċiżjoni li se tippermettilna nibqgħu leali lejn il-valuri li ddefinixxew lil PATAKKUS sa mill-1994.
Ninsabu tassew grati għall-appoġġ, il-kliem sabiħ u l-awguri li bgħattulna matul dawn l-aħħar ġimgħat. L-appoġġ tagħkom ifisser ħafna għalina.
🧡 Għatu daqqa t'għajn wara l-kwinti għal dak li ilna naħdmu fuqu hawn taħt.
Ibqgħu segwuna hekk kif qed nippreparaw għal dan il-kapitlu ġdid u eċċitanti, u dalwaqt inħabbrulkom meta se nkunu qed nagħmlu l-pass uffiċjali tagħna.
🧡 𝐈𝐥-𝐩𝐨𝐬𝐭 𝐣𝐢𝐬𝐭𝐚' 𝐣𝐢𝐧𝐛𝐢𝐝𝐞𝐥, 𝐢𝐳̇𝐝𝐚 𝐥-𝐪𝐚𝐥𝐛 𝐭𝐚' 𝐏𝐀𝐓𝐀𝐊𝐊𝐔𝐒 𝐭𝐢𝐛𝐪𝐚' 𝐥-𝐢𝐬𝐭𝐞𝐬𝐬 🧡
--
For the past two years, we've been planning, designing, and working tirelessly on what is undoubtedly the biggest change in the history of PATAKKUS.
After 32 years serving our community from the shop in Tarxien that many of you have come to know so well, we made the difficult decision to move to a new location just a short distance away.
This was not an easy choice.
For me, this place is much more than a shop. I've been working here with my family since I was six years old. I grew up within these walls, learning everything I know about the kitchen from my father, creating memories that will stay with me forever. Letting go of that is never easy.
But sometimes, to keep moving forward, you have to embrace change.
This decision was made with the future of our family and our customers in mind. It allows us to continue staying true to the values that have defined PATAKKUS since 1994.
We are incredibly grateful for all the support, encouragement, and kind messages you've shared with us over the past few weeks. Your support means the world to us.
🧡 Here's a little behind-the-scenes glimpse of what we've been working on.
Stay tuned as we prepare for this exciting new chapter and keep following our journey for updates on when we'll officially be making the move.
🧡 𝐓𝐡𝐞 𝐥𝐨𝐜𝐚𝐭𝐢𝐨𝐧 𝐦𝐚𝐲 𝐛𝐞 𝐜𝐡𝐚𝐧𝐠𝐢𝐧𝐠, 𝐛𝐮𝐭 𝐭𝐡𝐞 𝐡𝐞𝐚𝐫𝐭 𝐨𝐟 𝐏𝐀𝐓𝐀𝐊𝐊𝐔𝐒 𝐫𝐞𝐦𝐚𝐢𝐧𝐬 𝐞𝐱𝐚𝐜𝐭𝐥𝐲 𝐭𝐡𝐞 𝐬𝐚𝐦𝐞 🧡